Finestral rebħet il-kategorija tal-Aħjar Aperturi waqt it-Top Build Awards 2023 li kienu organizzati minn Bøye Designs. Iċ-ċerimonja tal-għoti ta’ dawn l-unuri saret is-Sibt li għadda, 21 ta’ Jannar, fil-lukanda Radisson Blu Resort &Spa Golden Sands.
Tliet negozji kienu nominati għal kull kategorija. Dawn in-negozji ntgħażlu mill-pubbliku. Id-diretturi tal-Finestral huma tal-fehma li l-fatt li tirċievi rikonoxximent mill-pubbliku bħala l-ewlenin fil-qasam tagħhom diġà hu kisba minnu nnifsu.
L-unuri ngħataw lin-negozji li kisbu l-akbar ammont ta’ voti. Sebgħin fil-mija tal-voti jingħataw mill-pubbliku, filwaqt li t-tletin l-oħra jkunu f’idejn ġurija li ntgħażlet apposta għall-okkażjoni.
Wara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-unuri, id-diretturi ta’ Finestral qalu li “… dan kollu jikkonferma l-impenn tagħna biex inkunu l-aqwa fis-settur tagħna. Il-premju li rbaħna hu rikonoxximent għax-xogħol iebes u b’dedikazzjoni li jagħtu n-nies li għandna jaħdmu mal-Finestral, li kontinwament iqegħdu l-kwalità u l-esperjenza mill-aqwa mal-konsumatur bħala prijorità fil-ħidma ta’ kuljum. Grazzi mill-qalb tmur għalihom kollha, li mingħajrhom riżultat bħal dan qatt ma kien ikun possibbli.”
//= $special ?>