B’temperatura kiesħa li kienet tinħass 7 gradi u f’xita li għamlet is-sajd aktar diffiċli, l-ewwel kompetizzjoni tas-sena 2023 kienet is-sajda numru wieħed tad-Doubles League li bdiet nhar il-Ħadd li għadda fl-Isla.
Fortune Calafato u James Gilson ġew l-ewwel mis-seba’ timijiet li qed jikkompetu, b’piż pjuttost sodisfaċenti ta’ 3.746Kgs, li jinkludi ‘bogue’, ‘damsel fish’ u ħut ieħor tal-qiegħ. It-tieni post overall intrebaħ minn Clayton Camilleri u Raymond Farrugia b’piż ta’ 2.586Kgs. It-tielet post overall intrebaħ mill-aħwa Josef u Roderick Coleiro b’piż ta’ 2.297Kgs.
Il-ħut kollu maqbud inħeles lura ħaj wara li intiżen.
//= $special ?>