Iċ-champions Luxol għelbu lil Żurrieq 3-2 f’logħba missielta li Żurrieq taw daqs kemm qalgħu.
Luxol marru minn fuq permezz ta’ gowl Luke Gatt biċ-champions jirdoppjaw minn gowl ta’ Robert Stoyanov.
David Ferreira de Almeida reġa daħħal lil Żurrieq lura fil-partita iżda Jhon Castro Pulido għamilhom tlieta.
Fit-tieni taqsima, ir-ritmu tal-logħba baqa’ tajjeb b’Żurrieq li reġgħu naqqsu l-marġni tal-iskor minn Kurt Darmanin.
Il-kampjonat issa jinqasam f’żewġ fażijiet bl-Enemed Premier League li se jkun ikkontestat minn Luxol, Swieqi, Ta’ Xbiex, l-Universtia’ ta’ Malta u Żurrieq filwaqt li l-Enemed Challenger League se jikkonsisti minn St George’s, Marsaskala, Fgura, Malta U19 u Malta Veterans.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol St Andrews 25, Swieqi United, Ta’ Xbiex 22, L-Universita’ ta’ Malta 18, Żurrieq Futsal 15, St George’s 13, Marsaskala 9, Fgura United 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0
//= $special ?>