Lokali Parlament

Għandhom jinqatgħu l-iżbilanċ fil-pensjonijiet ma’ persuni separati jew divorzjati

Charles Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charels Azzopardi qal li l-pajjiż għandu jelimina kull forma ta’ diskriminazzjoni u żbilanċ fil-pensjonijiet ma’ persuni separati jew divorzjati.

Fil-parlament Charles Azzopardi qal li kull meta jkun hemm seperazzjonijiet jew divorzju diġà huma sitwazzjonijiet diffiċli għaż-żewġ persuni. Hu tratta l-kontribut li r-raġel u l-mara jagħtu għall-familji kemm fix-xogħol kif ukoll fit-trobbija tal-familja. Għalhekk dwk in-nisa li jieħdu ħsieb il-familja u jibqgħu d-dar m’għandhomx ikunu diskriminati meta jkun hemm separazzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li meta jkun hemm separazzjoni jkun hemm bidla fis-setturi kollha tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni li issa jkunu qed jgħixu b’mod diferenti. Hu sostna li l-gvern għandu jinċentiva u jgħin li jitrażnu l-prezzijiet tal-għoli tal-ħajja għaliex mhux kulħadd jaffordja li jħallas il-kontijiet u d-djun mal-banek.

Charles Azzoaprdi qal li l-paga minima mhix biżżejjed biex persuni jgħixu ħajja denji kif jixirqilhom. Hu kompla li jrid jinstab bilanċ u għalhekk li jkun hemm mekkaniżmu tajjeb b’viżjoni fit-tul. Hu sostna li din l-emenda tipproteġi lill-persuni li ma setgħux jkontribwixxu għaliex baqgħu id-dar u għalhekk qatt ma kontribew għall-pensjoni. Dan b’konsegwenza li dawn qed jgħixu f’diffultajiet kbar, sostna d-deputat Nazzjonalista.