Harry Kane laħaq ir-rekord ta’ Jimmy Greaves, dak ta’ 266 gowl ma’ Tottenham. Kane għamel dan fir-rebħa li Tottenham kisbu barra minn darhom kontra Fulham meta skorja dak li kellu jkun l-uniku gowl tal-partita.
Il-gowl ta’ Kane wasal ftit qabel il-mistrieħ meta wara li rċieva mingħand Son, Kane ikkonkluda b’xutt b’saħħtu għal 1-0, riżultat li baqa’ ma nbidilx sat-tmiem.
Matul il-jum tat-Tnejn bosta ġurnali fl-Ingilterra rrappurtaw kif Harry Kane mistenni jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Tottenham minkejja l-ispekulazzjonijiet li dan jista’ jħallil lill-klabb fis-sajf li ġej.
//= $special ?>