Lokali

Ikompli jikber il-piż tal-għoli tal-ħajja, żieda fil-prezzijiet tal-ikel – NSO

F’Diċembru pajjiżna kompla jara żieda fl-għoli tal-ħajja hekk kif l-inflazzjoni kompliet tiżdied.

Skont stharrig li sar mill-NSO, iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel kompliet tħalli piż kbir fuq il-familji, hekk kif f’Diċembru kien hemm żieda fl-indiċi tal-ikel u żieda wkoll fuq l-aktar prodotti essenzjali.

L-għoli tal-ħajja qed tkompli tħalli piż fuq il-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l-anzjani tant li f’temp ta’ sena l-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet ‘l fuq b’mod qawwi immens. Fi 12-il xahar ir-rata tal-inflazzjoni triplat minn 2.6% għal 7.3%. L-iktar fattur li wassal għal din iż-żieda kien il-prezz tal-ikel u tax-xorb mhux alkaħoliku, li żdied bi 2.4% – żieda dovuta l-iktar minħabba ż-żieda fil-prezz tal-laħam u prodotti oħrajn magħmulha miċ-ċereali