Lokali

Il-Gvern għadu bla soluzzjoni għat-traffiku

Il-Gvern Laburista għad m’għandu l-ebda pjan konkret dwar kif se jtaffi l-problema tat-traffiku ta’ pajjiżna….problema li ta’ kuljum dejjem qed tikber u qed tifrustra lil ħafna nies.

F’intervista, il-Ministru tat-Traffiku Aaron Farrugia qal li l-bus lanes se jkunu s-soluzzjoni sabiex jittaffa t-traffiku f’pajjiżna.

Iżda meta Net News saqsa lill-Ministru Clayton Bartolo jekk jaqbilx ma dak li qal Aaron Farrugia huwa ħarab milli jagħtina risposta ċara. Dan meta Clayton Bartolo stess jaf li t-traffiku qed ikollu effett anke fuq l-esperjenza tat-turisti f’pajjizna.

Ma’ Net News il-Ministru Clayton Bartolo stqarr li l-Gvern għadu qed jiddiskuti l-problema tat-traffiku. U allura, dan jindika l-Gvern m’għandu l-ebda idea minn fejn se jibda jtaffi l-problema marbuta mal-konġestjonijiet fit-toroq tagħna.

Il-probema tat-traffiku qed tikkawża ħafna ansjeta lin-nies u ftit jidher li qed tingħata prijorita’ mill-Gvern ta’ Robert Abela.