Lokali Parlament

In-nisa li jaħdmu fid-dar huma validi għall-pajjiż

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-pajjiż għandu jirrikonoxxi l-ħidma li jwettqu n-nisa li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu fid-dar biex ikabbru l-familja.

Fil-parlament Paula Mifsud Bonnici qalet li l-persuni l-aktar vulnerabbli huma n-nisa għaliex dawn jiddependi l-iktar minn ħaddieħor; anki fil-livelli tal-faqar li huma ogħla minn dak tal-irġiel. Hi sostniet li din is-sitwazzjoni fi riflessa wkoll fl-UE u kompliet li kienet diġà tkellmet dwar il-proposta li n-nisa li jibqgħu d-dar għandhom jingħataw kumpens.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li d-diskriminazzjoni għadha teżisti u għad hemm min isostni li m’għandux jingħata kumpens.

L-abbuż fuq l-anzjani qed jikber anki bi vjolenza domestika u dan qed iseħħ l-aktar fuq in-nisa. Hawn 2,255 pensjonant li għandhom pensjoni ta’ inqas minn €500 waqt li 10,800 għandhom pensjoni ta’ inqas minn €700. Il-maġġoranza ta’ dawn huma nisa. Jeħtieġ li ma jkunx hawn sitwazzjonijiet fejn jitnaqqsu dawn il-pensjonijiet għaliex is-sitwazzjoni ssir iktar diffiċli.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li ħafna min-nisa li jibqgħu jaħdmu d-dar qed iħossuhom li m’humiex validi għall-pajjiż.