It-Tnejn filgħodu ġiet inawgurata skola fl-Etiopja msemmija għal Rebecca Zammit Lupi, Karl Pace u Jonathan Chetcuti. L-Isqof Markus bierek din l-iskola li tinsab Bonga fl-Etiopja.
Is-Sibt li għadda grupp ta’ Maltin marru lejn l-Etiopja sabiex propju jiftħu din l-iskola.

F’dan il-proġett ġiet inawgrata skola primarja u sekondarja kif ukoll faċilita’ rikreattiva sabiex it-tfal li joqgħodu dawk in-naħat ikunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-edukazzjoni; xi ħaġa li hija ta’ privileġġ kbir għalihom.

Dan il-proġett huwa mmexxi mis-Sigma Foundation filwaqt li l-flus biex inbniet l-iskola nġabru mill-Camino.
Waqt din l-inawgurazzjoni kien hemm ritratt li tfakkar il-memorja ta’ Dun Ġorġ li propju beda dawn il-proġetti kollha u li għadhom għaddejjin wara mewtu bis-saħħa ta’ Sigma Foundation.
