Iċ-ċpar u l-friża li qed jiddominaw reġjuni sħaħ tar-Renju Unit wasslu għall-posponiment ta’ għexieren ta’ titjiriet mill-ajruport ta’ Heathrow – b’madwar 80 minn dawn it-titjiriet ikunu tal-linja British Airways.
Il-linji tal-ajru li qed jaħdmu lejn Heathrow kienu infurmati dwar il-ħtieġa li jnaqqsu t-titjiriet b’xi 15 fil-mija minħabba l-maltemp u r-restrizzjonijiet tal-kontrolluri tal-ajru.
Dan meta l-lejl tat-Tnejn kien l-aktar wieħed kiesaħ fl-inħawi ta’ Heathrow għal aktar minn għaxar snin, bit-temperaturi jinżlu għal kważi disa’ taħt iz-zero.
Din hi l-aktar temperatura baxxa qatt irreġistrata minn Diċembru tal-2010 minbarra li l-aktar lejla kiesħa għal Jannar mill-1987.
//= $special ?>