Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ, wieħed kien jistenna li Keith Azzopardi Tanti jaf sew x’qed jagħmel il-Gvern biex jiġġieled il-pjaga tat-traffikar tad-droga f’pajjiżna. Speċjalment wara dak li stqarr il-Maġistrat Joe Mifsud fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet fid-dawl tal-każ traġiku li fih inqatlet iż-żagħżugħa Pelin Kaya.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Mifsud iddikjara b’mod ċar li d-droga qed toħloq kultura tal-mewt f’pajjiżna. U kien iebes ferm fid-diskors tiegħu sabiex l-awtoritajiet jieħdu azzjoni meħtieġa.
Iżda meta Keith Azzopardi Tanti kien mistoqsi jekk jaqbilx ma’ dak li qal il-Maġistrat Joe Mifsud huwa deher maħsud – bħal donnu lanqas kien jaf x’qal il-Maġistrat rigward it-traffikar tad-droga.
Meta mistoqsi mill-ġdid jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni rigward il-problema tad-droga f’pajjiżna….minflok wieġeb, ħadna lura għas-snin Disgħin. U filwaqt li minn taħt l-ilsien qal li l-Gvern għandu pjanijiet sabiex jaffaċċja din il-problema, xorta baqa’ ma’ semma’ lanqas imqar azzjoni waħda.
Il-każ li semma’ is-Segretarju Parlamentari Laburista jmur lura għall-1994, meta dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kien ħarrex il-liġijiet ta’ pajjiżna għal min jinqabad jitraffika d-droga
//= $special ?>