Lokali Parlament

Jeħtieġ rikonoxximent għan-nisa li jkunu ħadmu fit-trobbija tal-familja

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ appellat biex jiddaħħal fis-seħħ rikonoxximent, anki finanzjarju, għan-nisa li jkunu ħadmu fit-trobbija tal-familja

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qalet li s-soċjetà għaddejja minn tibdel fejn iż-żwieġ m’għandx għandu l-istabbiltà li kellu qabel u m’għadux dik l-istituzzjoni sigura. F’Malta hawn medja ta’ erba’ separazzjonijet kuljum li qed iġibu realtajiet ġodda quddiem din is-sitwazzjoni diffiċli.

Graziella Attard Previ sostniet li l-politika tal-lum trid tindirizza l-problemi ta’ dawn il-persuni fejn in-nuqqasijiet iridu jiġu ndirizzati. Minbarra la-spetti emozzjonali hemm ukoll l-aspett finanzjarju li jġib miegħu inkwiet u nuqqas fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li din il-problema tolqot l-aktar lil nisa ta’ 50 sena ‘l fuq li jkunu għaddejjin minn separazzjonijiet. Dawn trabbew fi żminijiet fejn ir-rwoli tal-mara u tar-raġel kienu distinti minn xulxin fejn kien mistenni li l-mara miżżewġa ma jkollhiex karriera għaliex ir-rwol tagħha kien identifikat bħala dak li tieu ħseb il-familja. Dan wassal biex ħafna minn dawn in-nisa abbandunaw il-karriera tagħhom jew l-istudji tagħhom biex in-nisa jaqdu dan ir-rwol fil-familja.

Graziella Attard Previ kompliet li dawn in-nisa tilfu ċ-ċans li jkunu finanzjarjament indipendenti u tilfu s-sodisfazzjon tal-karriera għaliex ġabu lill-familja bħala prijorità. Hi sostniet li għalhekk il-gwaj finanzjarju tan-nisa ta’ din l-età li qed jisseparaw hu wieħed kbir.

Dawn in-nisa jkunu iffrankaw ħafna flus u skumdità lill-familja għaliex dejjem kienet hemm għall-bżonnijiet tal-familja. Ir-raġel seta’ javvanza fil-karriera għaliex il-mara kienet qed tassigura li l-familja ma jonqosha xejn.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Istat hu obbligat li jirrikonoxxi dan il-kontribut biex id-distakk bejn raġel u mar ali kienet taħdem id-dar billi parti mill-kontribuzzjonijiet tar-raġel li ħadem jngħataw lin-nisa li ħadmux biex dawn jikkwalifikaw ukoll għall-pensjoni.

Wasal iż-żmien li ż-żmien li mara għamlet taħdem id-dar ikun kwantifikat fi flus u li jingħata kumpens finanzjarju. Malta tinsab taħt il-medja tal-UE u din il-miżuri tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarju tan-nisa ta’ 50 sena u iktar li jkunu qed jisseparaw. L-Istat għandu joffri wkoll opportunitajiet għal titjib fl-opportunitajiet ta’ dawn in-nisa.

L-akkomodazzjoni hi l-ewwel problema li tinħoloq fis-separazzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li sostniet li l-emarġinazzjoni soċjali ta’ nisa separati ta’ din l-età hi wkoll problema.

Graziella Attard Previ pproponiet li l-gvern joħloq sħubija ma’ għaqdiet volontarji biex ikun pprovdut taħriġ lil dawn n-nisa.