Lokali Parlament

Jeħtieġ soċjetà solidali ma’ xulxin

David Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius sostna fil-parlament li l-pajjiż jeħtieġ ikollu soċjetà solidali, partikolarment mal-persuni vulnerabbi.

David Agius tkellem fid-dibattitu parlamentari li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u qal li s-separazzjonijiet u d-divorzju qed iġbu realtajiet ġodda li qed ikollhom effettikemm fuq il-persuni involuti kif ukoll fuq is-soċjetà.

Jeħtieġ li l-azzjonijiet u l-miżuri li jittieħdu fis-settur soċjali jiggarantixxu li l-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jkunu qed jieħdu l-pensjoni ma jnaqqsux il-livell tal-ħajja partikolarment fejn ikun hemm ċertu sitwazzjonijiet ta’ seperazzjonijet u divorzju fil-familji.

Hu tkellem fuq l-importanza li l-gvern jagħti kas tal-persuni vulenrabbli li għandhom pensjonijiet baxxi u appella biex is-soċjetà Maltija ssir waħda iktar solidali. Hu appella wkoll biex din is-solidarjetà twassal biex ikun hemm koordinazzjoni bejn l-edukazzjoni u setturi oħra tas-soċjetà biex ma jkunux ripetuti każi gravi bħal tat-tfajla Torka li nqatlet b’daqqa ta’ karozza minn persuna li kien taħt l-effett tad-droga.