Il-fatti tal-każ huma kif ġej: · “Il-President tal-NGO Repubblika Dr Robert Aquilina ġie intervistat minn Lea Hogg fuq NET TV Fis-27 ta’ Diċembru 2022 u f’din l-intervista għamilt allegazzjonijiet serji ħafna li jien, bħala Direttur tal-Banking Supervision Unit tal-MFSA fl-2017, xjentement żammejt informazzjoni mitluba mill-Maġistrat inkwirenti Ian. Farrugia flimkien ma’ inkjesta li kien qed imexxi dwar l-attivitajiet ta’ Pilatus Bank. ·
“Filwaqt li Dr Aquilina ma semmiex ismi b’mod espliċitu fl-intervista tiegħu ma’ NET TV, irrefera għat-traskrizzjonijiet tal-Qorti fejn ismi (għalkemm bħala Kevin, minflok Karol, Gabarretta) kien imsemmi speċifikament. · L-allegazzjonijiet li tqajmu f’din l-intervista ġew irrappurtati fit-28/29 ta’ Diċembru 2022 minn Net News, Maltatoday, The Malta Independent, The Shift u s-sit elettroniku Kenneth Rijock’s Financial Crime Blog”.
“Dawn l-aħbarijiet kollha identifikaw lid-Deputat Direttur ta’ dak iż-żmien, Ray Vella u jien bħala l-awtur tal-allegazzjonijiet iżda ħadd minnhom ma ddejjaq jiċċekkja l-ħinijiet u dettalji oħra, miegħi. · Madankollu, informazzjoni fid-dominju pubbliku indikat li l-inkjesta tal-Maġistrat Ian Farrugia dwar attivitajiet kriminali potenzjali minn impjegati fil-Bank Pilatus ta’ dak iż-żmien tnediet eżatt qabel ma dan il-bank ingħalaq mill-BĊE fil-5 ta’ Novembru 2018.” ·
“Immedjatament avviċinajt lil Dr Aquilina u infurmajtu li kull talba għal informazzjoni li saret mill-Maġistrat Ian Farrugia lill-MFSA wara din l-inkjesta, saret wara li kont ħallejt l-impjieg tal-Awtorità – bħala l-aħħar jum ta’ xogħol tiegħi fil-qasam tas-superviżjoni bankarja. fl-MFSA kien fit-18 ta’ Jannar 2018. Dr Aquilina fatt iċċekkja l-informazzjoni ta’ hawn fuq u fl-aħħar ħareġ kjarifika fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Republikka fis-17 ta’ Jannar 2023.
“Din il-kjarifika kklerjat l-ismijiet tagħna (ta’ Ray Vella u tiegħi) minn kwalunkwe allegazzjoni jew inferenza li jien, hu jew aħna, ħbejna dokumentazzjoni milli tiġi ppreżentata lill-Maġistrat inkwirenti. · Il-post ta’ Republikka ġiet ippubblikata mill-Maltatoday fl-istess data filwaqt li l-għada jiġifieri t-18 ta’ Jannar, The Malta Independent, The Shift News u Newsbook kollha ippubblikaw din il-post u kitbu artikli li semmew fost oħrajn li jien u Ray Vella ma stajniex konna aħna li ħbejna id-dokumentazzjoni peress li konna konna barra mill-MFSA ħafna qabel it-talba tal-Maġistrat Farrugia għad-dokumenti saret lill-MFSA f’xi żmien fl-2019. ·
“Net News xandar l-post ta’ Republikka fuq il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ filgħaxija tas-17 jew tat-18 ta’ Jannar iżda ma kellux id-diċenza li jirrapporta li isimna tneħħew ftit tal-jiem ilu. · Sussegwentement ikkuntattjajt lil Net News biex nitlob li jkopru l-kjarifika.
“Dawn il-kummenti qed jintbagħtu permezz ta’ dritt ta’ tweġiba skont l-Artikolu 15 tal-Att XI tal-2018 u qed jintbagħtu wkoll mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri, jien intitolat li nieħu liġi biex neżonera ismi u nissalvagwardja r-reputazzjoni tiegħi.” Karol Gabarretta
//= $special ?>