Lokali Parlament

Nuqqas ta’ ippjanar fi proġetti infrastrutturali

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern għandu nuqqas ta’ ippjanar kbir fi porġetti infrastruttuali fosthom fit-toroq.

Toni Bezzina qal li dak li l-proġetti li l-gvern Laburista qed iwettaq illum huma frott tax-xogħol li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti fosthom it-triq ta’ Ħal Far, Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Triq Diċembru 13, Triq il-Belt Valletta, il-bypass Tal-Barrani, il-bypass ta’ San Pawl, il-mini ta’ Triq Reġjonali, il-mini tal-Imsida, Triq l-Imdina, Triq l-Imdina Ħ’Attard, Triq il-Buqana, Triq Sir Temi Zammit, Triq is-Salina, Triq Tal-Balal, il-bypass ta’ Birkirkara, il-bypass tal-Mellieħa, Triq l-Imġarr f’Għawdex u diversi toroq oħra f’Għawdex.

Hu qal li Gvern Nazzjonalista għamel ukoll diversi toroq residenzjali u proġetti infrastruttrali bħall-mini għall-ilma tax-xita, tad-dawl u l-għargħar.

Il-problema tal-gvern hu li m’hemmx ippjanar fosthom fil-junction quddiem l-ajruport.

Id-deputat Nazzjonalista qal li issa l-gvern għalaq ukoll it-Triq tas-Sejba li kienet l-uniku triq li setgħet tintuża quddiem din is-sitwazzjoni. Hu qal li issa l-gvern qed jikkunsidra d-dedicated lanes u l-bus lanes; liema soluzzjonijiet kien daħħal gvern Nazzjonalista,

Hu semma’ r-raħħala u appella lill-gvern biex iżomm kelmtu dwar il-piżijiet li dawn qed jerfgħu. Hu appella wkoll lill-poplu biex jixtri prodotti lokali.