Lokali Parlament

Perikli bix-xogħol ħażin fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid; il-gvern jibqa’ bla azzjoni

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici sostna li minkejja l-appelli li għamel diversi drabi, il-gvern m’għandux ħsieb jew pjan li jirranġa l-pjazza ta’ Raħal Ġdid mix-xogħol ħażin li sar fiha u li issa saret ta’ periklu għall-pubbliku u għat-traffiku.

Meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-parlament, Carm Mifsud Bonnici qal li l-pjazza ta’ Raħal Ġdid għandha bżonn tinbidel u sostna li l-gvern qed jaħrab minn din is-sitwazzjoni.

Din il-pjazza kienet inawgurata fl-2018 b’tant pompa b’nefqa ta’ €3 miljuni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din hi pjazza li saret ħażin u li qed taqa’. Hu qal l-gvern jaf li l-pajzza hi ħażina iżda qed jaħrab minnha u sostna li hu loġiku li l-pjazza jeħtieġ tinbidel.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien għamel tmien domandi parlamentari iżda f’kull waħda l-gvern ma jweġibx fil-konkret u mhux jammetti li x-xogħol irid jinbidel malajr għaliex il-post ġie trasformat fi pjazza li fiha hemm funtani li ma jaħdmux, paviment li qed jaqa’ parti mit-triq waqgħet u għattiet bi pjazza; hemm diżastru totali.

Diversi persuni qed ibatu għax ikolhom jgaħddu mtitiq partikolarment meta tagħmel ix-xita kemm għat-traffiku kif ukoll għall-pubbiku.

Hu qal l llum l-4,000 persuna li jgħixu f’Ħal Tarxien iridu jmorru Raħal Ġdid biex tieħu s-servizzi ta’ bank minħabba li f’Ħal Tarxien m’hemmx bank.