Lokali Qorti

Raġel fuq pleġġ f’każ ta’ attentat ta’ qtil fl-2017 jinżamm arrestat fuq pussess aggravat ta’ Cannabis

Raġel li nżamm arrestat fuq pussess aggravat ta’ Cannabis kien kien fuq garanzija personali b’rabta ma’ attentat ta’ qtil fil-Marsa fl-2017. L-Ispetturi Sarah Kathleen Zerafa u Mark Cremona ressqui l-Qorti liċ-ċittadin Somalu, Mustafa Ahmed Mohamed, li huwa ‘homeless’, quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.

Ir-raġel ta’ 34 sena, li qal fil-Qorti li kien bla xogħol, ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu il-Cannabis f’ċirkostanzi li indikaw li ma kinitx esklussivament għall-użu personali tiegħu f’żewġ okkażjonijiet dan ix-xahar. Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv, fid-dawl tal-kundanni preċedenti tiegħu.

Ir-reati seħħew fit-13 ta’ Jannar fil-Marsa u fit-22 ta’ Jannar fil-Ħamrun. L-Ispettur Zerafa spjegat li l-Pulizija Għassa tal-Marsa kienu nnotaw persuna li taġixxi b’mod suspettuż fi Triq Dicembru 13 u waqqfuha. Il-persuna ntalbet tiftaħ il-baskett tagħha, u kienet obdiet, qalet l-Ispettur.

Madankollu l-uffiċjali nnutaw li ma fetaħx kompartiment intern tal-baskett b’żipp. Meta l-Pulizija talbuh jiftaħ il-kompartiment, is-suspettat iddeċieda li jitlaq jiġri, iżda waqt li kien imfittex mill-uffiċjali tal-Pulizija, il-baskett tiegħu weħel ma’ xi ħaġa u spiċċa mal-art.

Fil-baskett abbandunat nstabu 70 qartas żgħir, li kien fihom 66.5g ta’ sustanza ħadra li tixbaħ il-Cannabis. Għalkemm is-suspettat kien ta ħarab lill-Pulizija, il-ħarba tiegħu kienet biss temporanja, hekk kif kienu ġew irrekordjati filmati tal-bodycam ta’ wiċċu.

Aktar tard huwa ġie rikonoxxut bħala Mustafa Ahmed Mohamed, li kien ġie akkużat b’attentat ta’ qtil fl-2017 li allegatament ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel fil-Marsa. Is-suspettat inżamm arrestat waqt li kien qed jiffirma fl-Għassa tal-Pulizijia b’rabtya mal-garanzija tiegħu fuq dak il-każ.

L-Ispettur Zerafa qalet lill-Qorti li l-Pulizija sabu 35 qartas oħra ta’ Cannabis fuq il-persuna tiegħu meta ttieħed arrestat. Fil-Qorti, huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-Avukat Francesca Zarb, li irrappreżentat lill-akkużat bħala Avukat Difensur, qalet lill-Qorti li f’dan l-istadju mhux qed tintalab il-libertà proviżorja.