Bologna 1-1 Cremonese
Fi Stadio Rwnato Dall’Ara, penalty, auto-goal u seba’ plejers ammoniti kienu l-fatturi ewlenin f’partita fejn minkejja li Bologna kellhom saħansitra pussess ta’ 72 fil-mija, matul l-ewwel taqsima ma rnexxielhomx jiftħu l-iskor. Riżultat li permezz tiegħu Bologna telgħu fl-għaxar post bi 23 punt daqs Fiorentina u Juventus.
Għal kuntrarju, kontra x-xejra tal-logħob, fil-50 minuta Cremonese marru fil-vantaġġ. Nicholas Dominguez deher li lagħab il-ballun b’idu. Matteo Marchetti kkonsulta l-VAR u saffar penalty. Taħ David Okereke li għeleb lil Lukasz Skorupski. Ħames minuti wara, Bologna meritatament fetħu l-iskor wara li Vlad Chrices ikkommetta auto-goal wara li għeleb lil Marco Carnesecchi.
Minkejja li kibret il-pressjoni Bologna naqsu milli jmorru fil-vantaġġ bir-riżultat li minkejja li Cremonese għadhom fl-aħħar post u l-fatt li ġranet ilu eliminaw lil Napoli mill-Coppa Italia, għaddejjin minn perijodu pożittiv li jservi bil-bosta għal certi konfronti diretti.