Lokali

Tirritorna s-sensiela ‘Iljieli’ fit-Teatru b’udjenza

Din is-sena, Pjazza Teatru Rjal jħabbar ir-ritorn tas-sensiela Iljieli fit-Teatru b’udjenza. Din is-sensiela tittella’ ġewwa l-ispazju intimu tal-Green Room li tinsab proprju wara l-kwinti tat-teatru. Is-sensiela ta’ din is-sena se tkun ċelebrazzjoni ta’ ġeneri diversi ta’ mużika, minn mużika folk (Jannar), għal Jazz (Frar), Rock (March), Klassiku (April), Blues (Ottubru), u Opra (Novembru), sakemm ngħalqu s-sensiela b’serata ta’ mużika tal-Milied bil-Malti f’Diċembru.

L-ewwel minn dawn il-kunċerti, Għana Night, ser jittella’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Jannar bis-sehem tal-għannejja magħrufa Żeppi Spagnol, Anġlu Theuma u Mikiel Cumbo, li se jkantaw it-tliet tipi ewlenin ta’ għana: għana tal-fatt, għana spirtu pront u għana fil-għoli (Bormliża).

Id-dħul għall-Green Room huwa mill-entratura tal-backstage li tinsab fi Triq il-Vittorja. Bħal fis-snin li għaddew, il-kunċerti jibdew fis-19:30 u d-dħul huwa b’xejn, iżda biljetti jenħtieġ li jiġi riżervati billi tintbgħat email fuq admin@pjazzateatrurjal.mt