Lokali

Trakk jeħel fil-mina ta’ Għajn Dwieli

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara inċident li seħħ  fil-mina li tagħti lejn Għajn Dwieli. Kawża ta’ dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tat-8.30 tat-Tnejn filgħodu, il-mina kellha tingħalaq għal xi ħin.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li trakk li kien mogħbi bil-merkanzija kien għaddej fil-mina meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u laqat il-mina, bil-konsegwenza li t- tagħbija li kellu fuq il-parti ta’ wara tat-trakk waqgħet fit-triq.

Inżerta li dak il-ħin ma kien hemm l-ebda vettura wara it-trakk u b’hekk ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm iżjed gravi.