Bosta akkademiċi u esperti ilhom xhur jisħqu li s-sigurtà fil-pajjiż qed tixxaqqaq…b’reati ta’ vjolenza kontinwa fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, serq u teħid ta’ droga; bl-MHRA tisħaq li pajjiżna qed iħabbat wiċċu ma’ epidemija tal-kokaina.
Fl-aħħar xhur pajjiżna kien xhud ta’ qtil brutali kkaġunat minn vjolenza domestika, mewta ta’ żagħżugħ ta’ 20 sena li ġġarraf taħt it-terrapien ta’ binja li s’issa b’rabta ma’ dan il-każ għadu ma ġie arrestat ħadd…u l-qtil ta’ mara ta’ 30 sena li ttajret minn karozza waqt li s-sewwieq kien qiegħed isuq taħt l-effetti tal-alkoħol u droga.
Saħansitra, anke l-Maġistrat Joe Mifsud insista li f’pajjiżna qed titrawwem kultura ta’ mewt u qtil fejn l-istituzzjonijiet mhux qed jagħtu widen lis-soċjetà…iżda lil ċertu lobbies. Bir-reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela tkun mhux dik li jerfa’ responsabbiltà iżda l-oppost…li joħroġ jattakka lill-Qrati u jfarfar kollox fuqhom.
Meta din il-gimgha kien qiegħed iwieġeb lill-ġurnalisti, Abela wissa lil Qrati biex ma jiddemoralizzawx lill-Pulizija u li sta għal ġudikatura li ġġib lura s-sigurta f’pajjiżna.
Diversi persuni ddeskrivew dan id-diskors bħala tfarfira pulita fuq il-Qrati ta’ pajjiżna, b’Abela jixħet ir-responsabbilità kollha fuqhom..iżda jinsa li huwa l-Prim Ministru responsabbli minn poplu li eleġġih 10 xhur ilu.
Iżda Robert Abela ma waqafx hawn hekk kif insista li qed jistenna risposta mingħand il-Qrati wara li stqarr li tahom ir-riżorsi kollha….bid-Deputati Silvio Schembri u Chris Bonett jaqblu ma li beda jgħid Abela.
Robert Abela għażel li ma jieqafx hawn, u reġa’ għamel twissija mill-Imħallfin u l-Maġistrati….b’esperti li tkellmu ma’ Net News jisħqu li Abela jrid jagħmilha tal-Avukat, Maġistrat u Eżekutur.