L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jikkundanna l-inċident li seħħ fi tmiem il-ġimgħa fejn weġġgħu grupp ta’ żgħażagħ li kienu qegħdin il-Belt.
Fi stqarrija ppublikata t-Tnejn wara nofsinhar, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal kompla jisħaq li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom dritt li jiddevertu b’mod sikur. Għandhom ilkollhom aċċess għal postijiet adattati sabiex ikunu jistgħu jissoċjaliżżaw u jiżviluppaw.
Għandu jkun hemm ukoll aktar sorveljanza kemm fit-toroq u f’postijiet ta’ divertiment, fejn jinġemgħu kemm kbar, żgħażagħ u tfal taħt l-eta’ ta’ 18-il sena
//= $special ?>