Raġel kellu jittieħed fil-poliklinika tal-Mosta wara li aktar kmieni illum seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45am, u fl-inċident kienu involuti ħames karozzi.
Parti mit-triq kellha tingħalaq għal xi ħin, b’riżultat li inġema’ ammont konsiderevoli ta’ traffiku.
Fil-post waslet ambulanza, kif ukoll membri tas-CPD u Pulizija.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>