Lokali

Arrestati żewġ żgħażagħ u identifikat t-tielet tifel b’rabta mal-aggressjoni fil-Belt Valletta

Fl-aħħar sigħat ġew identifikati u arrestati żewġ żgħażagħ ta’ 16-il sena li allegatement kienu involuti fil-każ li seħħ fil-Belt Valletta s-Sibt li għadda. Dan filwaqt li ġie ddentifikat t-tielet tifel, ta’ 14-il sena, li mistenni jittieħed taħt il-kustodja tal-pulizija fil-ħin li ġej.

Fil-ġlieda, żagħżugħ ta’ 15-il sena spiċċa jsofri minn ksur f’riġlejh. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti għada.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.