Lokali

Brincau jirriżenja hu: Ma jkunx Byron Camilleri li jkeċċih

Ftit tal-ħin ilu tħabbar li Robert Brincau rriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi wara s-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati mgħotija illum b’rabta ma’ każ li fih kien involut l-istess Brincau.

Dan wara li nstab ħati li ġarr arma mingħajr liċenzja tal-Pulizija u għaldaqstant kien ikkundannat 12-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.

Il-Ministeru għall-Intern ħabbar li Christopher Siegersma, li attwalment huwa l-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġuneri se jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija minfloku.

B’hekk Siegersma se jkun it-tielet direttur tal-ħabs taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela..u r-responsabbilità mill-Ministeru tal-Intern ta’ Byron Camilleri.

Għat-tieni darba kien id-direttur innifsu li rriżenja u mhux b’pass meħud prontament minn Byron Camilleri…bħal ma ġara fil-każ ta’ Alex Dalli.