Sport Sport Ieħor

Hockey: Sliema u Qormi bl-istess punti f’ras il-klassifika

Mill-kampjonat nazzjonali tal-hockey, Qormi Daikin u Floriana Young Stars spiċċaw fi draw ta’ 1-1 f’dik li kienet il-partita prinċipali ta’ tmiem il-ġimgħa.

Kienu Floriana li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Anton Saliba lejn tmiem l-ewwel qurter biex fit-tielet quarter Juan Sarcia skorja l-gowl tad-draw għall-Qriema.

Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Clive Williams, Mark Camilleri, Luke Borg Costanzi, Leon Gatt, Julian Farrugia, Nathan Zammit,Verner Cachia, Andrew Camilleri, Joy Gibson, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Anton Saliba, Deemer Rapinett, Elton Cutajar. 

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan,Clayton Gatt, Luke Bajada, Zachary Degiovanni,  Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Luca Callus, Luca Fsadni. 

Umpires: Emile Borg, Shawn Mifsud. 

Rebħa faċli għal Gree Sliema Hotsticks hekk kif jixhed ir-riżultat iddominaw għal kollox kontra White Hart u ħarġu rebbieħa 10-0.

 Il-gowls ta’ Sliema waslu minn tripletta tal-akkwist il-ġdid Benedikt Schrenk, dopjetta ta’ Christian Sammut u Shaun Grima u gowl kull wieħed ta’ Alessanfro Amore, Charlo Sammut u Ryan Dalli.

B’din ir-rebħa, Sliema qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika daqs Qormi Daikin. 

GREE Sliema Hotsticks:  Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Benjamin Johnston, Shaun Grima, Ryan George, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Andy Monaghan, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Sean De Marco, Charlo Sammut, Ludwig Cole, Lukas Plaehn, Benedict Schrenk. 

White Hart: Glen Bonello, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Keith Azzopardi, Simon Kemp, Kevin Micallef, Ali Shah, Shawn Falzon, Karl Brincau, Oscar Toledano, Matthew Buhagiar, Matthew Camenzuli, Rick Micallef. 

Umpires: James Mizzi, Edward Hughes. 

Klassifika – Sliema , Qormi 5, Floriana 4, White Hart 0 

Mill-Hockey 9s, GREE Sliema Hotsticks iddominaw kompletament il-logħba tagħhom kontra Marsaskala Summer Nights tant li rebħu 12-0.  

F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Qormi Ladies 11-3.