Jemmen li qed jagħmel biċċa xogħol tajba, jemmen li taħtu qed jinkisbu r-riżultati. Iżda wara aktar minn nofs siegħa intervista mat-Times of Malta, il-Ministru tat-trasport u t-traffiku Aaron Farrugia ħalla lil kull min segwa l-intervista b’aktar domandi milli tweġibiet.
Filwaqt li matul l-intervista stqarr li s-soluzzjoni għat-traffiku huma l-bus lanes u li s-servizz tat-trasport pubbliku preżentament mhux ta’ min wieħed joqgħod fuqu…u li familji Maltin u Għawdxin m’għandhomx mezz alternattiv biex jivvjaġġaw minn lokalità għal oħra għajr għall-vetturi privati….mistoqsi mill-ġurnalist Mark Lawrence Zammit jekk jaħsibx li l-Ministru Ian Borg kiseb aktar riżultati minnu fl-istess Ministeru huwa qal li Borg kellu sfidi differenti.
Mistoqsi dwar it-traffiku u l-istqarrija li għamel fis-sajf ma’ Net News li t-traffiku jinġema’ minħabba l-festi….il-Ministru insista li huwa minnu li t-traffiku jinħoloq bil-festi…iżda anke bix-xogħlijiet fit-toroq – tort, skont hu, tal-Ministri stess.
Madanakollu, huwa saħaq li kien ikun aktar għaqli li ma jsemmix il-festi.
Mistoqsi dwar il-proġett tal-Metro, li ftit qabel l-elezzjoni ġenerali swiet lit-taxxi tal-poplu aktar minn €400,000 biex tellgħu tinda għal proġett deskritt bħala wieħed fl-arja…Aaron Farrugia saħaq li għalissa l-proġett mhux jogħġbu.
Mistoqsi dwar is-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, Farrugia stqarr li għaddejjin diskussjonijiet sabiex il-Gvern jissussidja s-servizz iżda insista li preżentament l-għażla hija bejn ix-xejn jew servizz mhux sodisfaċenti.
U b’rabta mal-wegħda elettorali ta’ Joseph Muscat li l-Labour ilesti t-toroq kollha ta’ Malta f’7 snin għal €700 miljun.. Aaron Farrugia l-ewwel ta’ x’jifhem li jaf ma jitlestewx kollha…
Imbgħad saħaq li se jitlestew biss it-toroq residenzjali…minkejja li l-wegħda fil-manifest tal-2017…kienet mod ieħor.
Intant…. sakemm il-familji Maltin u Għawdxin għadhom imwaħħlin fit-traffiku…il-poplu għadu jistenna azzjoni minn naħa ta’ Aaron Farrugia, qabel ikun tard wisq.
//= $special ?>