llum hu l-Jum Dinji ddedikat għall-Edukaturi.
It-tema għal din is-sena, “to invest in people, prioritize education” għandha sinifikat qawwi u tfakkarna fl-importanza tar-rwol tal-Edukaturi fl-iżvilupp tat-tfal tagħna u għalhekk, il-ħtieġa li nsaħħu dejjem aktar ir-riżorsa umana f’dan il-qasam.
Fi stqarrija d-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Kelliem għall-Edukazzjoni Justin Schembri spjega li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-investiment fl-Edukazzjoni għandu jkun speċifikament fl-individwi – fl-Istudenti u fl-Edukaturi. Jemmen li l-Edukazzjoni għandha mhux biss tkun limitata għal dik formali, iżda nwessgħuha biex tibda minn età bikrija u tissaħħaħ tul is-snin b’risq soċjetà b’valuri li tagħraf l-importanza tal-Edukazzjoni bħala pedament għall-futur.
F’dan il-Jum iddedikat lilhom, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-Edukaturi kollha, kemm dawk li jagħtu servizz fl-Iskejjel u fl-Istituzzjonijiet Edukattivi, kif ukoll dawk li qed jaqdu dan ir-rwol b’modi diversi.
//= $special ?>