Lokali Qorti

Immultat €1,500 wara li ħebb għall-uffiċjal tal-Gvern

Sajjied ta’ 47 sena nstab ħati li daħal f’uffiċċju tal-Gvern u aggredixxa fiżikament uffiċjal tas-sajd ġie mmultat €1,500 anke jekk wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Fil-fatt huwa se jappella mis-sentenza għax saret inġustizzja kontrih. L-argument kien seħħ fit-30 ta’ Settembru fir-razzett tal-Gvern fl-Għammieri. Il-Qorti semgħet kif f’daqqa waħda nfetaħ il-bieb tal-uffiċċju u daħal raġel li mar dritt lejn wieħed mill-uffiċjali fuq l-iskrivanija tiegħu u aggredih.

Xehdu numru ta’ persuni li kienu jaħdmu dakinhar fil-ħin tal-inċident u dan fil-każ ta’ Jason Genovese, is-sajjied minn Marsascala tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni. Hu ġie mixli li aggredixxa u hedded lill-uffiċjal pubbliku, li kkaġunalu biża mill-vjolenza kif ukoll li uża ħażin it-tagħmir tal-komunikazzjoni elettronika.

Diversi uffiċjali tas-sajd qalu fil-Qorti li l-akkużat beda jargumenta mal-vittma fejn dan qallu biex meta jgħajjatlu jwieġbu mill-ewwel u taqtax, qal l-akkużat hekk kif daħal fl-uffiċċju, filwaqt li daħal bejn l-uffiċjal li dak il-ħin kien fuq it-telefon. Imbagħad għolla jdejh, laqat lill-uffiċjal li kien bilqiegħda li, min-naħa tiegħu, qam bil-wieqfa u pprova jbiegħed l-attakk.

L-avukat ta’ Genovese staqsa lil wieħed mix-xhieda jekk l-akkużat kienx qed iħuf warajh għall-informazzjoni, dwar ċerti inċidenti tal-passat li kien iffaċċja fuq il-baħar u li rrapporta lill-awtoritajiet lokali tas-sajd. Lura f’Settembru tal-2021, bastiment irreġistrat barrani kien allegatament ipprova jimbotta l-bastiment ta’ Genovese, filwaqt li f’okkażjoni oħra, huwa allegatament inżamm b’armi tan-nar minn irġiel Libjani li telgħu abbord id-dgħajsa tiegħu fuq il-baħar, qal l-avukat. Il-vittma hawn wieġeb iva.

Il-Qorti qalet li kienet se tinjora dawn it-tip ta’ domandi għaliex ma kinux relatati mal-inċident inkwistjoni. L-Avukat qal li iżda dan kollu huwa relatat ma din il-kwistjoni u qal ukoll li l-klijent tiegħu kien qed jipprova jfittex informazzjoni. Xi erba’ uffiċjali oħra li kienu jaħdmu fil-kamra tal-kontroll tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti dak iż-żmien xehdu dwar kif intervjenew biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Xhud minnhom qal li anke l-vitmma kienu ukoll aggressiv ukoll fuq mistoqsija tal-avukat difensur Charlton Falzon Cascun. Madankollu qal ukoll li meta tara persuna tiġi malajr fuqek, ma tkunx taf x’hemm f’moħħa. Imbagħad attakkah kompla x-xhud waqt li identifika lil Genovese fil-Qorti.

Xhud ieħor xehed kif kien għadu qed jirritorna l-uffiċċju meta lemaħ lil Genovese għaddej minn naħa tar-reception u jmur lejn il-kamra. Ix-xhud segwa lill-akkużat fl-uffiċċju, eżatt fil-ħin biex rah jattakka lil wieħed mill-kollegi tiegħu li kien fuq it-telefon. Tenna li f’dan il-ħin faqqgħet kommossjoni u refa’ jdejh fuqu, qal ix-xhud, iżda ma jafx fejn laqtu eżatt.

Ħareġ ukoll li l-uffiċjal fil-mira tal-attakk imbutta lill-allegat aggressur l-bogħod u uffiċjali oħra daħlu biex iferrqu u jwaqqfu l-inċident, u ħadu lil Genovese barra mill-kamra. Madankollu, dak ix-xhud naqas milli jidentifika lil Genovese fil-Qorti.

L-akkużat kif kellu d-dritt jagħmel skont il-liġi għażel li ma jixhedx. Meta għamel is-sottomissjonijiet, l-avukat Clive Gerada, li deher f’isem l-allegat vittma, enfasizza l-fatt li dan l-inċident kien jinvolvi aggressjoni kontra uffiċjal pubbliku ġewwa dipartiment tal-Gvern.

L-avukat ta’ Genovese qal li l-akkużi kienu difettużi peress li l-ħin tal-allegat inċident kien imniżżel bejn “10:46 u 16:23,” filwaqt li x-xhieda tal-Prosekuzzjoni taw ħinijiet diverġenti. Barra minn hekk, l-allegata vittma kienet esebit ċertifikat mediku li ma kienx akkumpanjat mill-affidavit tat-tabib skont il-liġi.

Il-Prosekuzzjoni ma kinitx ipproduċiet evidenza biex tipprova l-akkużi, temm jgħid l-avukat. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, iddikjarat lill-akkużat ħati tal-aggressjoni u mmultatu €1,500. Il-Qorti lliberat lill-akkużat miż-żewġ akkużi l-oħra. L-Ispettur Paul Camilleri mexxa l-Prosekuzzjoni. L-avukat Charlton Falzon Cascun kien avukat difensur. L-Avukat Clive Gerada deher bħala parte civile.