Lokali

Imut Victor Aquilina

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-preżentatu tar-radju u t-televiżjoni Victor Aquilina, li kien meqjus bħala l-ewwel dj Malti ta’ żmien ir-rediffusion.

Aqulina kellu 93 sena.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ingħatat minn martu, Rosalie Aquilina.

Qraba tiegħu spjegaw ma’ Net News kif Aquilina kien ingħaqad mar-rediffusion fl-1950 u kien l-ewwel disc jockey Malti. Għalkemm sena wara kien beda jaqra l-aħbarijiet.

Fis-snin 80 hu kien emigra lejn l-Awstralja u ingħaqad mal-istazzjon ‘SBS Radio’ ta’ Melbourne.

Victor Aquilina kien miżżewweġ lil Rosalie u kellhom tliet ulied – Jason, Nigel u Audrey.