Sport Sport Ieħor

IZIBET bi ftehim ma’ XB Net ta’ l-Istati Uniti

IZIBET, il-kumpanija li topera l-Malta National Lottery, laħqet ftehim ma’ waħda mill-akbar kumpaniji tal-imħatri tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel fl-Istati Uniti, XB Net.

Dan il-ftehim qed jagħti drittijiet lil IZIBET għal kontenut premium ta’ tiġrijiet mill-maġġoranza tal-korsi fl-Amerika, li jagħtu wkoll aċċess lill-kumpanija u lill-klijenti leali tagħha għal tiġrijiet popolari, inkluż it-Tazza tad-Dinja Pegasus ta’ Jannar, żewġ legs tat-tiġrija famuża Triple Crown li tinkludi il-Preakness u l-Belmont Stakes) u l-Kampjonati tad-Dinja Breeders’ Cup.

Franco De Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ National Lottery qal li bħala IZIBET jinsabu kuntenti li kien konkluż dan il-ftehim li se joffri l-aktar servizzi komprensivi ta’ mħatri ta’ tlielaq taż-żwiemel u tal-klieb f’Malta.

Minn naħa tiegħu, Simon Fraser, Senior Vice President of International ta’ XB Net qal li hija xi ħaġa fantastika li se jkunu qed jaħdmu wkoll f’Malta u ma’ kumpanija daqsekk popolari li għanda wkoll il-lotterija nazzjonali.