‘Importanti li ksibna r-rebħa’
- Andrea Pisani, kowċ Hibernians FC
‘Kienet logħba diffiċli fejn l-avversarji tagħna kien Mosta, tim li jinsab ftit punti taħtna’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Hibernians Andrea Pisani fi tmiem il-partita bejn Hibernians u Mosta li l-Pawlisti rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Huwa kompla hekk. ‘Ħloqna ħafna ċansijiet fejn stajna skurjajna aktar gowls. Kienet importanti ħafna li niksbu r-rebħa wara żewġ telfiet. Issa rridu li nkomplu nuru l-progress. Tajjeb li llum ngawdu dan il-mument iżda minn għada rridu naħsbu fuq il-logħba li jmiss.’
‘Fi tmiem l-ewwel taqsima rranġajna xi affarijiet’
- Darren Abdilla, kowċ Gżira United FC
‘Naħseb fl-ewwel taqsima M’Xlokk kienu kompatti ħafna u forsi aħna nqasna peress li stennejna ħafna u konna kawti żżejjed.’ Kliem il-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla wara r-rebħa li t-tim tiegħu Gżira kiseb kontra M’Xlokk. ‘Fi tmiem l-ewwel taqsima tkellimna u rranġajna xi affarijiet. Fil-fatt sibna x-xibka kmieni għal darba tnejn u minn hemm il-quddiem ma’ kellna ebda problemi. Nemmen li minkejja l-gowls li jiskurjaw Maia u Jefferson hemm sistema li tippermetti li dan isir u dan biex ma’ nkunux dipendenti minnhom biss’ temm jgħid Abdilla.
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 16 | 43 |
| Gżira United | 16 | 32 |
| Birkirkara | 16 | 31 |
| Hibernians | 16 | 30 |
| Balzan | 16 | 26 |
| Mosta | 16 | 26 |
| Floriana | 16 | 25 |
| Gudja United | 16 | 24 |
| Valletta | 15 | 22 |
| Sirens | 15 | 18 |
| Marsaxlokk | 16 | 14 |
| Santa Lucia | 16 | 8 |
| Żebbuġ Rangers | 16 | 7 |
| Pietà Hotspurs | 16 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 11 |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 10 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 9 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 9 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 9 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Angel Torres (Balzan) | 8 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 7 |
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 28 ta’ Jannar, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm Gżira Utd. – Hibernians
4.15pm Żebbuġ R. – Gudja Utd.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Birkirkara – Santa Lucia
4.15pm Mosta – Pieta H.
Il-Ħadd 29 ta’ Jannar, 2023
Stadium Nazzjonali:
3.00pm Valletta – Floriana
Centenary Stadium
11.30am Balzan – M’Xlokk
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Ħamrun S. – Sirens
//= $special ?>

