Futbol Sport

Jurgen Degabriele jibqa’ konsistenti fil-gowls

‘Importanti li ksibna r-rebħa’

  • Andrea Pisani, kowċ Hibernians FC

‘Kienet logħba diffiċli fejn l-avversarji tagħna kien Mosta, tim li jinsab ftit punti taħtna’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Hibernians Andrea Pisani fi tmiem il-partita bejn Hibernians u Mosta li l-Pawlisti rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Huwa kompla hekk. ‘Ħloqna ħafna ċansijiet fejn stajna skurjajna aktar gowls.  Kienet importanti ħafna li niksbu r-rebħa wara żewġ telfiet.   Issa rridu li nkomplu nuru l-progress.  Tajjeb li llum ngawdu dan il-mument iżda minn għada rridu naħsbu fuq il-logħba li jmiss.’

‘Fi tmiem l-ewwel taqsima rranġajna xi affarijiet’

  • Darren Abdilla, kowċ Gżira United FC

‘Naħseb fl-ewwel taqsima M’Xlokk kienu kompatti ħafna u forsi aħna nqasna peress li stennejna ħafna u konna kawti żżejjed.’ Kliem il-kowċ ta’ Gżira United Darren Abdilla wara r-rebħa li t-tim tiegħu Gżira kiseb kontra M’Xlokk. ‘Fi tmiem l-ewwel taqsima tkellimna u rranġajna xi affarijiet. Fil-fatt sibna x-xibka kmieni għal darba tnejn u minn hemm il-quddiem  ma’ kellna ebda problemi.  Nemmen li minkejja l-gowls li jiskurjaw Maia u Jefferson hemm sistema li tippermetti li dan isir u dan biex ma’ nkunux dipendenti minnhom biss’ temm jgħid Abdilla.

KLASSIFIKALPTI
Ħamrun Spartans1643
Gżira United1632
Birkirkara1631
Hibernians1630
Balzan1626
Mosta1626
Floriana1625
Gudja United1624
Valletta1522
Sirens1518
Marsaxlokk1614
Santa Lucia168
Żebbuġ Rangers167
Pietà Hotspurs165
L-AQWA SKORERSGLS
Jurgen Degabriele (Hibernians)11
Jefferson De Assis (Gżira United)10
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)9
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans)9
Maxuell Maia (Gżira United)9
Christ Ememe (Mosta)9
Angel Torres (Balzan)8
Enzo Cabrera (Birkirkara)7

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 28 ta’ Jannar, 2023

Stadium Nazzjonali

2.00pm            Gżira Utd. – Hibernians

4.15pm            Żebbuġ R. – Gudja Utd.

Tony Bezzina Stadium

2.00pm            Birkirkara – Santa Lucia

4.15pm            Mosta – Pieta H.

Il-Ħadd 29 ta’ Jannar, 2023

Stadium Nazzjonali:

3.00pm            Valletta – Floriana

Centenary Stadium

11.30am          Balzan – M’Xlokk

Tony Bezzina Stadium

3.00pm            Ħamrun S. – Sirens