Colin Schembri
Gżira Athleta…………86
Bupa Luxol…………….91
(22-23)(19-26)(18-22)(27-20)
Dawn iż-żewġ timijiet baqgħu imwaħħlin ma’ xulxin hekk kif Luxol pattew għat-telfa tal-ewwel round u rebħu dan il-konfront importanti 91-86. Athleta kienu mingħajr Matthew Gouder għal din il-partita fil-waqt li Luxol kellhom lura lil Marco Matijevic flimkien ma’ diversi żgħażagħ li kienu nieqsa fl-aħħar partita tagħhom. Luxol fetħu tajjeb bl-ewwel seba’ punti tal-partita minn Taylor Mattos u trippla ta’ Trevian Bell. Iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin bi three pointers ta’ Jean Paul Schembri u Stefan Cappello għal Luxol u Roland Griffen u Luca Stefanovic għall-Athleta. Għal kumplament tat-taqsima, ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex l-ewwel taqsima ntemmet bil-Luxol minn fuq 23-22. Fit-tieni perjodu, wara li Luxol kabrru l-vantaġġ permezz ta’ Mattos, Athleta kellom risposta minn Henry Van Herk flimkien ma’ trippla ta’ Peter Shoults. Athleta komplew tajjeb b’seba’ punti mingħajr risposta biex marru fuq quddiem. Għal darb’oħra kien hemm sensiela ta’ punti fuq kull naħa qabel ma Luxol kellhom run ta’ 7-0 minn Vasovic u Bell bi trippla li biha daħlu jistrieħu 8 minn fuq 49-41.
Wara l-intervall, Vasovic beda bi trippla għall-vjola b’Nathan Xuereb u Van Herk iwieġbu għall-Athleta. Luxol kellhom mument tajjeb meta għamlu run ta’ 14-4 bi trippli ta’ Bell u Jean Paul Schembri biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 16 -il punt 65-49. Athleta rkupraw u kienu huma li wieġbu bi break ta’ 10-0 b’Ivan Medved ferm attiv fosthom bi trippla. Luxol għalqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 71-59. Fl-aħħar perjodu, Athleta tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-partita u għaqqdu break ta’ 8-2 biex waslu sa’ seba’ punti ‘l bogħod 73-80. Luxol wieġbu permezz ta’ Bell u Capello flimkien ma’ Vasovic biex żammew lill-Athleta ‘l bogħod biżżejjed minkejja l-aħħar żewġ trippli minn Francesco Mifsud Bonnici u Stefanovic u ħarġu rebbieħa 91-86.
Gżira Athleta: H. Van Herk 15, F. Mifsud Bonnici 5, P. Shoults 5, L. Stefanovic 6, J. Ellul Dowling, N. Xuereb 13, R. Griffin 13, I. Xuereb, R. Abela, I. Medved 9, B. Zammit.
Bupa Luxol: J. Cefai, N. Vasovic 14, M. Sciberras, T. Bell 33, N. Engelbert, JP Schembri 8, A. Trapani, L. Trapani, V. Englin, T. Mattos 25, M. Matijevic, S. Cappello 11.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Florentina Ciurariu, Ionut Ciurariu
Depiro………………………91
Starlites FIJO…………….79
(19-12)(21-17)(16-29)(35-21)
Depiro kisbu rebħa mportanti kontra Starlites FIJO għal ħames rebħa tagħhom fil-kampjonat. Għac-champions, din kienet ir-raba’ telfa mill-aħħar ħames partiti għalkemm xorta żammew posthom fit-tieni post tal-klassifika. Starlites kienu b’Amerikan wieħed, hekk kif Jordan Notch sofra injury u b’hekk temm l-esperjenza tiegħhu f’Malta. Depiro kellhom lill-Amerikan Kameron Rooks f’ġurnata mill-aqwa fejn mhux biss għamel 46 punt iżda wkoll kellhu 34 rebound, l-istess ammont ta’ Starlites f’daqqa. Wara bidu bilanċjat b’erba’ punti fuq kull naħa, Depiro kellhom sitt punti mingħajr risposta minn Rooks u Cameron Cornelius. Għal Starlites kien hemm żewġ trippli ta’ Matthew Attard però Cornelius għalaq it-taqsima b’ħames punti għal skor ta’ 19-12. Fit-tieni perjodu, Depiro kabbru l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Cornelius però Starlites reġgħu naqqsu d-distakk wara punti minn Darius George u Ryan Carabott. Depiro kellhom run oħra ta’ 12-4 bi trippla ta’ Andrew Aquilina biex daħlu jistrieħu 40-29 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, Starlites kellhom l-aħjar bidu u wara basket ta’ Cornelius, għamlu run ta’ 11-0 li bdewha bi trippla oħra minn Attard flimkien ma’ George u Alec Felice Pace. Huma waslu sa’ basket ‘l bogħod qabel ma Rooks reġa’ wieġeb għal Depiro biex tahom vantaġġ ta’ seba’ punti 51-44. Hawn Starlites kellhom it-trippli minn Miguel Fabri, Attard u Felice Pace biex ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita 55-53. It-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa biex Starlites baqgħu fuq quddiem 58-56. Fl-aħħar sessjoni, Starlites żammew il-vantaġġ għal xi ħin qabel ma Depiro ħasduhom b’run ta’ 10-0 bi trippla oħra ta’ Aquilina. Attard waqqafhom bi three pointer però Depiro komplew bil-punti ta’ Rooks u trippla ta’ Kieron Caruna. Lejn it-tmiem, Depiro marru 12 minn fuq 87-75 u minkejja l-aħħar sforzi ta’ Starlites, ic-champions ma rnexxielhomx isalvaw il-parftita u Depiro ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 91-79.
Depiro: S. Galea 3, J. Micallef, A. Aquilina 14, N. Grech, S. Kenely, K. Rooks 46, M. Brincat 4, M. Mallia, C. Cornelius 17, M. Debattista 2, K. Caruana 5.
Starlites FIJO: A. Felice Pace 16, M. Attard 18, M. Barbara, M. Fabri 6, L. Riolo, M. Scerri 4, R. Carabott 6, L. Farrugia 2, N. Sultana, D. George 27.
Referees: Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic
Mellieħa Libertas…………89
Hibernians…………………..114
(27-33)(26-25)(26-29)(10-27)
Mellieħa m’approfittawx miż-żelqa ta’ Starlites fil-partita ta’ qabel hekk kif huma wkoll sofrew telfa fl-aħħar partita tal-ġurnata kontra Hibernians 114-89. Mellieħa kienu mingħajr Vukassin Jandric. Hibs kienu mmexxija brillantament mill-koppja Justin Bogle u Ivan Demcesen li bejniethom kellhom 85 punt b’Demcesen jispiċċa l-partita bi 48 flimkien ma’ 19 -il rebound. Anton Axiaq ukoll kellhu sehem importanti b’20 rebound u 11 -il assist. Mellieħa fetħu l-partita bi three pointers minn Connor Zinaich, Robert Bonnici u David Bugeja. Għal Hibs kien hemm il-punti ta’ Bogle u Demcesen però Mellieħa baqgħu fuq quddiem hekk kif trippla minn Nikola Jovanovic tathom vantaġġ ta’ 8 punti 23-18. Hawn però Hibs għamlu run ta’ 13-2 bi trippli minn Matthew Attard u Paul Attard biex temmew l-ewwel sessjoni 33-27 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 12-4 qabel ma Mellieħa wieġbu bit-trippli ta’ Jovanovic u Zinaich. Wara li M. Attard għamel trippla oħra għal Hibs, Mellieħa kellhom run oħra 10-2 bi trippli ta’ Jovanovic u Isaac Bonett. Il-punti komplew ġejjin b’mod regolari tant li fil-mistrieħ, Hibs kienu ħamsa minn fuq 58-53.
Wara l-intervall kienu Mellieħa li bdew l-aħjar speċjalment bil-punti ta’ Zinaich u Bonett u fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 70-65. Hibs ma ċedewx u temmew it-taqsima bl-aħjar mod possibli hekk kif għamlu 11 -il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ P. Attard għal skor ta’ 87-79. Huma komplew bl-istess ritmu anke fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni b’sitt punti oħra mingħajr risposta u Mellieħa donnhom ramew ix-xugaman u ħallew l-inizzjattiva f’idejn il-Pawlisi li permezz tal-punti kontinwi ta’ Demcesen u Bogle komplew jinqatgħu fuq quddiem. Fil-fatt, Hibs għalqu l-partita bi break ta’ 19-3 fejn anke ż-żagħżugħ Luke Attard kiseb trippla għal skor finali ta’ 114-89.
Mellieħa Libertas: S. Zammit, M. Falzon 2, D. Bugeja 10, R. Bonnici 6, I. Bonett 16, N. Bukva 7, N. Jovanovic 12, C. Zinaich 36, M. Formosa, O. Said.
Hibernians: N. Cassar 2, P. Attard 8, L. Attard 3, L. Farrugia 4, L. Borg, A. Axiaq 5, R. Aquilina, M. Attard 7, J. Bogle 37, M. Bezzina, I. Demcesen 48, G. Cassar.
Referees: Daniella Torok, Florentina Ciurariu, Ionut Ciurariu
//= $special ?>