Lokali Mużika

L-appell ta’ Peppi Azzopardi: “Tibqgħux siekta”

“Illum skwalifikaw lil Aiden, għada jekk tibqgħu siekta jiskwalifikaw lil Ċikku, pitgħada jiskwalifikaw lil Ġanna u meta jiskwalifikaw lilek, ħadd ma jkun hemm biex jiddefendik. Allura ngħaqdu u ħudu azzjoni kontra din it-tkeċċija li sa fejn nafu hija inġusta.”

Hekk kiteb il-preżentatur Peppi Azzopardi wara li lbieraħ il-kantant Aiden ġie skwalifikat mill-Malta Eurovision.

Hu appella biex il-kantanti jingħaqdu flimkien u jitkellmu, għaliex skont Azzopardi din kienet tkeċċija inġusta.

Aidan Cassar kien qiegħed fil-fażi tal-kwartifinali bil-kanzunetta Reġina.

Il-kantant Malti Aidan Cassar m’huwiex wiċċ ġdid għall-Malta Eurovision Song Contest, dan hekk kif din is-sena kienet se tkun ir-raba’ darba tiegħu li jieħu sehem f’dan il-konkors tant prestiġġjuż.