Lokali Parlament

Neħtieġu azzjonijiet kontra l-faqar

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-Istat għandu jieħu l-azzjonijiet neċessarji u effettivi kontra l-faqar fil-pajjiż.

Fil-parlament Stanley Zammit qal li l-poplu jimpurtah minn ħaddieħor għax hu poplu li jagħti kas ħaddieħor. Hu sostna li anki meta kien hemm kriżijiet finanzjarji, il-poplu Malti ra li x-xikba soċjali tibqa’ tieħu ħsieb lil min għandu bżonn ikun imwieżen.

Hu qal li din hi xibka komplikata u appella lil-gvern biex jipprovdi mezzi moderni biex titjieb it-trasparenza, l-effettiva u t-tnaqqis tal-burokrazija biex titjieb il-ħajja tan-nies l-aktar vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ħadd m’għandu jaqa’ lura u sostna li l-faqar għandu jitnaqqas. Hu semma’ l-problema tal-propjetà u l-kirjiet u sostna li l-ġenituri llum m’għandhomx għażla jekk jaħdmux jew le. Dan hu wkoll faqar, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla l-gvern irid jassigura li l-politika ma toħloqx faqar ġdid.