Lokali

Tinħass theżżiża oħra f’pajjiżna

Għall-ħabta tad-9.30pm inħasset theżżiża f’bosta lokalitajiet madwar Malta fosthom il-Mosta, B’Kara, il-Fgura u Tas-Sliema. It-theżżiża kellha saħħa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter.

It-theżżiża damet għaddejja għal madwar għaxar sekondi.

Din kienet it-tieni theżżiża li nħasset f’pajjiżna f’temp ta’ jumejn hekk kif ilbieraħ inħasset theżżiża oħra għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu.