Edukazzjoni Lokali

Tnedija ta’ St. Francis De Sales Institute

Is-Salesjani ta’ Don Bosco, f’isem il-Fondazzjoni Don Bosco, nedew ‘St. Francis De Sales Institute’ – istitut edukattiv mhux formali. L-għan ta’ dan l-Institut huwa li jiffoka fuq l-iżvilupp spiritwali u personali, soft skills u youth work minn lenti ta’ edukazzjoni mhux formali – non-formal education. L-Institut qiegħed fi proċess li jkun liċenzjat mill- Malta Further and Higher Education Authority u li jkollu l-korsijiet akkrediti minn din l-istess awtorità.


Fr. Robert Falzon, il-Kap tal-Istitut, enfasizza li l-importanza tal-Istitut huwa fuq il-metodu tat-tagħlim aktar mill-kontenut tat-tagħlim. Spjega kif il-kontenut jiffoka fuq informazzjoni li hija esterna mill-individwu, iżda il-metodu jiffoka fuq l-individwu nnifsu u il- formazzjoni ħolistika tal-individwu.


Waqt l-avveniment ġie ppreżentat il-logo tal-Istitut, segwit minn diskussjoni fuq it-tema ‘Edukazzjoni mhix Skola’ fejn erba’ edukaturi li jaħdmu f’realtajiet differenti tal-edukazzjoni kienu mistiedna biex jiddiskutu din it-tema.