Lokali

“Byron Camilleri falla bħala Ministru u għandu jirriżenja immedjatament” – Bernard Grech

Byron Camilleri falla bħala Ministru tal-Intern u quddiem dak kollu li qed iseħħ m’hemm ebda triq oħra ħlief li jirriżenja mill-kariga tiegħu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret l-Erbgħa, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-akbar ċertifikat ta’ falliment li ħa Byron Camilleri tajulu Robert Abela stess. Hekk kif bil-kummenti tiegħu, huwa evidenti li m’għandux fiduċja fil-Ministru tiegħu stess. Fl-istess waqt iċ-ċertifikat ħażin qed jagħtih lilu nnifsu stess meta qed jammetti li f’pajjiżna hawn kultura tal-bullies hekk kif dak li qed jesperjenza llum l-poplu Malti huwa frott tat-tmexxija tal-Gvern Labruista li m’għamel xejn biex jirranġa s sitwazzjoni.

Bernard Grech qal li Robert Abela ma jistax jibqa’ jwaħħal f’kulħadd iżda għandu jkun hu li jerfa’ responsabbiltà għal dak li qed iseħħ.  

Il-Kap tal-PN saħaq li Robert Abela u sħabu għandhom jonfqu l-flus fejn suppost u mhux għall-propoganda tagħhom nfushom.

Min-naħa tiegħu l-Kelliem tal-Opppożiżżjoni għall-Intern u s-Sigurtà Joe Giglio tkellem dwar il-każ tal-eks Direttur tal-Habs Robert Brincau li wara s-sentenza li ngħata kien huwa stess li rriżenja mill-kariga tiegħu u mhux għax tkeċċa mill-Minstru Byron Camilleri.

Saħaq li l-Partit Nazzjonalista kien ilu żmien twil jappella lil Camilleri sabiex sakemm tinqata’ s-sentenza, Brincau ikun sospiż mill-kariga tiegħu. Dan hekk kif anke l-uffiċjali tal-Ħabs kienu qed iħossuhom skomdi li d-Direttur tagħhom spiċċa fl-istess sitwazzjoni bħall-ħabsin.

Joe Giglio qal li dan kollu jkompli juri kemm f’pajjiżna qed tirrenja kultura ta’ impunità fejn ħadd ma jrid jerfa’ responsabbiltà ta’ dak li jseħħ.