Il-buslanes, il-frutsazzjoni tan-nies fit-traffiku, l-istress mentali tal-ħela ta’ ħin fil-karozza u l-proġett tal-metro.
Dawn huma biss ftit mit-temi li saqsejna dwarhom lill-Ministru tat-Traffiku Aaron Farrugia, bil-Ministru ma jweġibx u jispiċċa jitlob lill-Partit Nazzjonalista joffri soluzzjonijiet għat-traffiku. Dan meta speċifikament saqsejnih fejn se jagħmel il-buslanes li semma fl-intervista mat-Times.
Bi stqarrija bħal din evidenti li l-Gvern m’għandu l-ebda soluzzojoni konkreta tant hu hekk li mill-ġdid qalilna li jistenna soluzzjonijiet mill-Partit Nazzjonalista.
Saqsejna lill-Ministru dwar l-impatt mentali li qed tħalli l-frustrazzjoni tat-traffiku fin-nies, u jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu qattx ħejjew studju fuq l-impatt tas-saħħa mentali, bil-Ministru, evidentament, lanqas biss fehem din id-domanda semplici.
Dwar il-metro, il-Ministru qalilna biex mill-ġdid naraw l-intervista li kellu mat-Times. U meta saqsejnih dwar l-istudju u l-flus li ntefqu m’għoġbitux id-domanda u qalilna li qed nistaqsu ħażin…
//= $special ?>