Futbol Sport

EFL Cup: Newcastle pass bogħod mill-finali tal-EFL Cup

Newcastle United, li qed ikollhom staġun mill-aqwa fil-kampjonat, għamlu pass importanti lejn il-finali tal-League Cup meta rebħu l-ewwel leg tas-semifinali kontra Southampton 1-0.

Il-gowl tar-rebħa ta’ Newcastle kien skorjat minn Joelinton fit-73 minuta. Żewġ minuti wara Southampton kellhom gowl ta’ Armstrong imħassar, u Southampton kellhom ukoll lil Caleta-Car imkeċċi erba’ minuti mit-tmiem.

Illejla t-tieni semifinali bejn Nottingham Forest u Manchester United.