Lokali Parlament

Il-gvern aggressiv maż-żgħir iżda mhux ma’ min verament għamel il-ħasil tal-flus

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fil-parlament li l-gvern hu aggressiv maż-żgħir iżda mhux ma’ min verament għamel il-ħasil tal-flus li kisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Joe Giglio qal li kien Gvern Nazzjonalista li ġab l-aqwa invesimenti fil-pajjiż waqt li l-gvrn Laburista kisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Hu sostna li fil-ħasil tal-flus, il-gvern qed jipprova juri li hu serju billi ajqbad mż-żgħir waqt li dawk il-kjbar li ħaslu l-flus tħallew jiġru barra. Id-deputat Nazzjonalista qal li n-negozji żgħar qed ikunu immultati b’mod straordinarju.

Hu qal li f’kull każ li hemm quddiem il-qrati, il-proċess ta’ reviżjoni dejjem wassal biex dawk il-multi strordinarji mill-FIAU tnaqqsu b’mod qawwi. Id-deputat Nazzjonalista qal li s-soluzzjoni mhix biss fil-liġijiet iżda wkoll fl-uniformità. Illum is-sitwazzjini hi li biex persuna tiftaħ kont bankarju, anki jekk tkun armla, qed ikun hemm diffukultajiet kbar; anki biex isiru depożiti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus qed tkun miġġielda biss maż-żgħir u sostna li din l-attitudni ma tagħmilx ġieħ. Hu kompla li għandu jkun hemm tibdil dwar l-ordnijiet ta’ iffriżar meta jsiru l-investigazzjonijiet għaliex hemm burokrazija li mhix issaħħaħ il-ġlieda veru kontra lħasil tal-flus.

Joe Giglio ppropona wkoll li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ma tkunx biss biex il-gvern jidher li mal-barranin qed jagħmel xi ħaġa għaliex din tkun sitwazzoni fejn l-FIAU tkun qed tilgħab bil-ħajjiet tan-nies.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed jittieħdu azzjonijiet aggressivi fil-konfront taż-żgħir u sostna li flok aġixxa, il-gvern, iddefenda lil min kien qed ikisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż.