Kunsilli Lokali Lokali

Imorru għand il-Partit Laburista, bil-Labour iwaħħal fil-Kunsill tal-Marsa

Fuq Facebook numru ta’ Marsin tkellmu dwar is-sitwazzjoni fil-Marsa, bl-appelli mill-Marsin biex jingħata lura l-pedestrian crossing li xi darba kien hemm fil-Marsa-Ħamrun bypass.

Wieħed mill-persuni qal li mar jilmenta l-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista fejn hemmhekk weġbuh jekk il-Kunsill baqax jitkellem dwar din il-problema.

Dan il-persuna qal li qalulu li mbilli l-Kunsill ma qabilx, missu kompla jitkellem, bil-persuna li marret għand il-Partit Laburista tistqarr li ma kinitx taf x’suppost wieġbet.

B’reazzjoni għal dan, wieġeb is-Sindku Laburista tal-Marsa fejn saqsa lil dan l-individwu lil min kellem u qal li hemm individwi li dejjem iridu jitfgħu t-tajn fuq il-Kunsill.