Il-Gvern m’għandu ebda soluzzjoni partikolari biex isolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ siġurta fit-toroq Maltin….. u dan qed jammettuh l-membri tal-Kabinett infushom. Sitwazzjoni li tant hi gravi, illi spiċċat qed tħasseb anke lid-Deputati Laburisti….U saħansitra anke lill-Prim Ministru.
Iżda quddiem dan kollu, ħafna qed jistaqsu x’qed jagħmel il-Gvern biex it-toroq tagħna jkunu siguri. Bil-Prim Ministru qed ifarfarha fuq il-Qrati, hekk kif skont hu, tahom ir-riżorsi kollha meħtieġa. U issa, sta għalihom li jibdew jużawhom.
It-Tlieta, qabel il-laqgħa tal-Kabinett, saqsejna lil diversi Ministri biex jgħidulna x’se jkun qed jagħmel il-Gvern quddiem in-nuqqas ta’ sigurta fil-lokalitajiet, il-biża’ li qed tinħass min-nies, il-problema kbira ta’ droga, sewqan bl-addoċċ, u ħafna aktar.
Bosta akkademiċi u esperti ilhom xhur sħaħ jgħidu li s-sigurtà fil-pajjiż sparixxiet…b’reati ta’ vjolenza kontinwa fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, serq u teħid ta’ droga. Iżda quddiem dan kollu, il-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu qed jibqa’ jattakka lill-membri tal-ġudikaturi u jitfa’ t-tort ta’ dak li qed iseħħ, fuqhom.
//= $special ?>