Lokali

Jappellaw għal konsultazzjoni dwar l-emenda tal-abort

Attivisti tas-soċjetà ċivili jisħqu li għandhom ikunu parteċipi fil-proċess leġiżlattiv

Fi stqarrija l-Avukati favur l-għażla qalu li l-ebda riforma ma tista’ tkun suċċess jekk ma tinħadimx b’konsultazzjoni sħiħa mas-soċjetà ċivili kollha.

Dan fid-dawl tan-nuqqas ta’ konsultazzjoni li Robert Abela dwar dawn l-emendi fl-abbozz ta’ liġi li se tkun qed tippermetti l-qtil tat-tarbija fil-ġuf.

L-Avukati komplew billi qalu li dan-nuqqas ta’ trasparenza jġib miegħu biss iktar kampanji ta’ misinformazzjoni.

L-Avukati favur l-għażla qalu li qed isejħu għal proċess miftuħ ta’ abbozzar fejn il-Gvern jinvolvi lil dawk kollha li ilhom jipparteċipaw fid-dibattitu għal snin sħaħ.