Lokali Parlament

Jeħtieġ screeing urġenti fis-saqajn għad-dijabete

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat fl-Aġġornament tal-parlament biex isir screeing urġenti fis-saqajn għad-dijabete biex ikunu evitati l-imwiet minn din il-kundizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li kienet ix-xewqa tal-Oppożizzjoni li jerġa’ jitwettaq is-sotto kumitat dwar id-dijabete iżda l-gvern irrifjuta li jitwaqqaf dan is-sotto-kumitat taħt il-Kumptat Parlamentari għas-Saħħa. Għalhekk l-Oppożizzjoni qed tlaqqa’ working group hi fuq id-dijabete iżda minkejja din l-inizjattiva, l-gvern m’attendiex għal dan il-working group.

Hi qalet li l-laqgħa saret il-ġimgħa li għaddiet u sostniet li din il-kundizzjoni tad-dijabete tolqot 10% tal-popolazzjoni. Għal din il-laqgħa attendew ukoll rappreżentanti ta’ għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar ir-riżoluzzjoni li tressqet fil-parlament Ewropew dwar id-dijabete u qalet din tikkonferma l-importanza li din il-kundizzjoni tingħata kullimkien.

Fil-working group tal-Oppożizzjoni kien hemm diversi interventi importanti, fejn il-Professur Kevin Cassar semma’ l-bżonn ta’ reġistru tal-kundizzjoni tad-dijabete biex dawn il-persuni jkunu analizzati partikolarment il-kundizzjonijiet tas-saqajn.

Ir-rata tal-mewt tal-persuni bid-dijabete hi ogħla f’Malta mill-medja Ewropa fejn in-nisa huma l-aktar li qed imutu. Fl-2018 f’Malta mietu 209 persuna bid-djibate u fl-2019 mietu 203 persuna fejn ħafna imwiet ġejjin minn kumplikazzjonijiet fis-saqajn li jwasslu għall-imwiet. Jeħtieġ screening urġenti tal-kundizzjonijiet fis-saqajn tal-pazjenti bid-dijabete, appellat Claudette Buttigieg.