Il-Prim Ministru ma jara l-ebda raġuni għaliex Byron Camilleri għandu jirriżenja wara li l-eks direttur tal-ħabs Robert Brincau ingħata sentenza sospiża mill-qrati.
F’kummenti li għadda lill-midja wara l-laqgha tal-Kabinett, Robert Abela ddefenda l-azzjonijiet tal-Ministru tal-Interni u saħansitra ddeskrivieh bħala wieħed mill-aktar ministri “l-iktar produttivi” li għandu fil-Kabinett. Dan meta kien Byron Camilleri illi għal xhur sħaħ ħareġ għonqu għal Brincau.
Id-Direttur tal-Ħabs instab ħati mill-Qorti li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa f’każ illi seħħ f’Awwissu li għadda, fejn hedded persuni oħrajn.
Il-Maġistrat Charmaine Galea kkundannatu 12-il xahar ħabs, sospiżi għal 3 snin.
Wara din is-sentenza, kien Brincau li rriżenja mill-kariga u mhux il-Ministru li keċċih; turija ċara li Byron Camilleri baqa’ jiddefendih sal-aħħar.
Dwar dak kollu saqsejna lill-Ministru Miriam Dalli taħsibx li l-pożizzjoni tal-kollega tagħha hiex waħda tenibbli…. bil-Ministru tirrepeti r-rettorika ta’ Robert Abela anki fid-dawl tad-domandi li saqsejniha li dan kollu li ġara huwa xi ħaġa storika hekk kif Direttur tal-Ħabs spiċċa ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs.
//= $special ?>