Lokali

Jonathan Pace jingħata unur għas-servizz twil tiegħu fl-Organizzazzjoni tal-Marittimu Internazzjonali

Jonathan Pace ingħata ċertifikat fl-għeluq l-20 sena servizz fl-Organizzazzjoni tal-Marittimu Internazzjonali fi ħdan Il-Forum tal-Marittima Maltija.

Huwa ngħata dan iċ-ċertifikat bħala turija ta’ apprezzament kif ukoll għall-kontribuzzjoni tiegħu matul il-karriera tiegħu. Dan l-unur juri il-professjonaliżmu tal-Maltin kif ukoll Jonathan Pace għandu jkun kburi b’dan l-unur.

Qabel ma ħadem fl-organizzazzjoni marittima internazzjonali Pace kien involut fil-pjanijiet kif ukoll fl-implimentazzjoni tar-regolamenti fil-Merchant Shipping Act. Matul il-karriera tiegħu Pace pparteċipa f’diversi avvenimenti rigward il-marittimu internazzjonali hekk kif kien parti mid-delegazzjoni Maltija.