Lokali

L-AGGRESSJONI FIL-BELT: Żewġ żgħażagħ se jitressqu l-Qorti fis-1pm

Fil-ħin li ġej se jkunu qed jitressqu l-Qorti ż-żewġ żgħażagħ li ġew arrestati lbieraħ b’rabta mal-każ serju li seħħ fil-Belt fi tmiem il-ġimgħa, fejn numru ta’ adoloxxenti ġew aggrediti. Jidher li l-akkużati għandhom 16-il sena.

F’din il-ġlieda, żagħżugħ ta’ 15-il sena spiċċa jsofri minn ksur f’riġlejh. Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-10pm tas-Sibt fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta.

Apparti iż-żewġ żagħżagħ li se jitressqu l-Qorti illum, Net News jinsab infurmat li hemm ukoll it-tielet persuna involuta – u li ġie identifikat mill-Pulizija bħala żagħżugħ ta’ 14-il sena.

Dan il-każ tant qajjem diskussjoni fil-pajjiż, li saħansitra anke l-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jgħid li hu ma jafdax lil bintu weħidha fil-Belt.