Lokali Parlament

Malta jistħoqqilha tkun membru fl-IMF imma jeħtieġ dixxiplina, edukazzjoni u infurzar

Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li Malta jistħoqqilha tkun membru fil-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) imma jeħtieġ dixxiplina, edukazzjoni u infurzar

Ivan J.Bartolo qal li Malta għandha tkun membru fl-IMF għax hekk jistħoqqilha. Hu qal li Malta għandha tifhem is-sinifikat tas-sħubija fl-IMF u sostna li l-IMF timponi diversi obbligi fuq il-pajjiżi membri fosthom li l-membri jaqblu mal-kodiċi tal-kondotta li hemm fil-ftehim mal-IMF.

Hu sostna li fil-pajjiż ġraw affarijiet li bl-imġieba ta’ ċertu persuni, saru żbalji li l-pajjiż ma żammx magħhom. Il-pajjiż ma jistax jippretendi li jkun madwar kull mejda bla jieħu ħsieb ir-reputazzjoni u l-integrità tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista qal li obbligu ieħor tal-IMF hu li l-IMF dejjem jippreferi li biex jimxi ‘l quddiem bil-vot, pajjiż jimxi ‘l quddiem bil-kunsens. Kien għalhekk li l-approvazzjoni tal-istituzzjonijiet biż-żewġ terzi jsir biż-żewġ terzi bħal fil-każ tal-Kummissarju għall-Istandards. Għalhekk importanti li l-gvern ifittex il-kunsens.

Ivan J.Bartolo qal li ż-żgħir qed ibati għax il-gvern qed jipprova jagħti eżempju biż-żgħir u ma jagħtix każ lill-kbir. Hu appella lill-gvern biex jinvesti fl-edukazzjoni u sostna li jemmen li l-episodju tal-lista l-griża għadda iżda jeħtieġ li ħadd ma jaħseb li l-impatt ta’ dik il-lista m’għadux jeffettwa lill-pajjiż partikolarment fil-banek meta persuni jmorru biex jieħdu self.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bidliet għandhom bżonn l-edukazzjoni, l-infurzar, id-dixxiplina u li bdil ta’ attitudni fil-pajjiż. Dwar il-bonds, id-deputat Nazzjonalista qal li jispera li dan l-abbozz mhux jinbidel minħabba direttiva mill-UE. Dawn il-bidliet għandhom isiru għaliex jeħtieġ tisħiħ tas-swieq finanzjarji fil-pajjiż.

Ivan J.Bartolo qal li biex Malta tkun aħjar il-bidliet iridu jkunu implimentati. Hu tkellem dwar il-bonds u qal li l-bonds għandhom vantaġġi kbar għan-negozji Maltin u huma strument importanti fil-pajjiż għaliex hemm nies li għandhom ammont ta’ flus li fihom jinvestu n-nies. Min-naħa l-oħra jekk tfalli bond waħda fil-pajjiż, ikun hemm impatt serju.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li permezz tal-korpi rilevanti għandu jkun hemm il-penali u l-monitoraġġ.